Lyrics
Ġo Għawdex tgħammar koppja
Ħenjin u wisq twajbin
Ilhom miżżewwġa għomor
Qabżuhom is-sittin
Tonin mir-Rabat Malta
U Karmni minn Nadur
L-imħabba dawn laqqgħethom
Fil-fliegu fuq vapur
Għall-bidu ma kienx faċli
Li jifhmu lil xulxin
Miskin kemm regħex Toninu
Xi trampi x’waħda din!
Hemm baħar jaqsam
Bejn iż-żewġ gżejjer Maltin
Bid-djalett ħlejju
Sew jitkellmu l-ħbieb Għawdxin
Ftit differenti
Meta tisma’xi tlissin
Tiskopri kliem
Li farka huma magħrufin
Dan kollu jagħti
Sens sabiħ t’identita`
Minkejja ċ-ċokon
Tant tispikka l-varjeta`
Il-bliet u rħula
Kemm Maltin u dawk Għawdxin
Joffru tiżwieqa
Ta’ djaletti ferm ħelwin
Fettul għal Karmni tagħna
Kemm tbillu fil-kafe` Tonin ma joqgħodx lura
Għal xi biskuttel mat-te`
Għan-naxra iċ-ċombini
Mhux labar tal-inxir
Flok pirmli ħu l-pinuri
Jgħaddhielek f’ħin qasir
Dal-kliem hekk differenti
Iqabbdek sew il-mejt
Tistodri tkun trid l-arja
Fil-mandra jew fuq bejt
Hemm baħar jaqsam
Bejn iż-żewġ gżejjer Maltin
Bid-djalett ħlejju
Sew jitkellmu l-ħbieb Għawdxin
Ftit differenti
Meta tisma’xi tlissin
Tiskopri kliem
Li farka huma magħrufin
Dan kollu jagħti
Sens sabiħ t’identita`
Minkejja ċ-ċokon
Tant tispikka l-varjeta`
Il-bliet u rħula
Kemm Maltin u dawk Għawdxin
Joffru tiżwieqa
Ta’ djaletti ferm ħelwin
U l-lingwa tibqa’ ħajja
Qawsalla tfur bl-ilwien
Il-Malti pur jew mgħawweġ
Tħaddem matul iż-żmien
Jeħtieġ illi nħarsuhom
Daqs mitqlu deheb jiswew
Biex qatt ma nitilfuhom
Jew x’ħasra jintesew
Hemm baħar jaqsam Bejn iż-żewġ gżejjer Maltin
Bid-djalett ħlejju
Sew jitkellmu l-ħbieb Għawdxin
Ftit differenti
Meta tisma’xi tlissin
Tiskopri kliem
Li farka huma magħrufin
Dan kollu jagħti
Sens sabiħ t’identita`
Minkejja ċ-ċokon
Tant tispikka l-varjeta`
Il-bliet u rħula
Kemm Maltin u dawk Għawdxin
Joffru tiżwieqa
Ta’ djaletti ferm ħelwin
Joffru tiżwieqa
Ta’ djaletti ferm ħelwin
Għaliex il-bniedem jagħżel li jintrabat
ma tant tgerfix u storbju aljenat
nużaw is-sensi tagħna biex nitfixklu
u nogħdsu bla nifs ngħixu f’ġenn sfrenat?
Induru bħal zugraga u nistordu
u lanqas biss nintebħu b’tant sabiħ
ejjew nużaw is-sensi biex niskopru
x’misteru hu l-ħolqien u x’hemm ġo fih, x’hemm ġo fih
Fis-skiet ta’ qalbna nifhmu
il-kliem li hemm fil-qalb
fis-skiet ta’ qalbna kull ħarsa niflu
kull id inħossu
kull għanja nfaħħru
kull sejħa nemmnu
Fis-skiet ta’ qalbna nifhmu
il-kliem li hemm fil-qalb
fis-skiet ta’ qalbna
kull demgħa nimsħu
kull nifs irrejqu
kull karba nsostnu
kull weġgħa nfejqu
Jistagħġbu dawk l-għajnejn meta jisimgħu
is-skiet tal-baħar ħiemed bla waqfien
widnejna nwaqqfu xħin niskopru l-kobor
ta’ rdum li kulma jmur jisfida ż-żmien
Kemm m’aħna xejn f’dan l-univers solenni
għax qisna qatra waħda fl-oċean
dil-qatra mitqlu deheb is-siwi tagħha
bil-ħila l-qċaċet tagħraf u l-qigħan, u l-qigħan
Fis-skiet ta’ qalbna nifhmu
il-kliem li hemm fil-qalb
fis-skiet ta’ qalbna kull ħarsa niflu
kull id inħossu
kull għanja nfaħħru
kull sejħa nemmnu
Fis-skiet ta’ qalbna nifhmu
il-kliem li hemm fil-qalb
fis-skiet ta’ qalbna
kull demgħa nimsħu
kull nifs irrejqu
kull karba nsostnu
kull weġgħa nfejqu
U jekk xi darba nogħtru taħt piż żejjed
u jekk ir-raġġ dehbieni ma narawx
inqumu minnufih bit-tama f’qalbna
mid-dalma tat-tbatija ma nibżgħux, ma nibżgħux
Fis-skiet ta’ qalbna nifhmu
il-kliem li hemm fil-qalb
fis-skiet ta’ qalbna kull ħarsa niflu
kull id inħossu
kull għanja nfaħħru
kull sejħa nemmnu
Fis-skiet ta’ qalbna nifhmu
il-kliem li hemm fil-qalb
fis-skiet ta’ qalbna
kull demgħa nimsħu
kull nifs irrejqu
kull karba nsostnu
kull weġgħa nfejqu
Taħseb xejn, kompli għaddej
Tħallix il-kliem, tagħhom l-għemil
Iwaqqfek sa nofs triq
Dak li jaħsbu n-nies, tibqax tqis
Għax mil-lum se tqum
Tixxotta ‘l wied tad-dmugħ
La tiqafx temmen
Jien miegħek dejjem
Waħdek ma tkun qatt
Jeħtieġ li temmen
Li miegħek dejjem
U nemmen tassew fik
Anki jekk t-tama tnin
Maġenbek se nkun viċin
Meta l-bard jinħass, jaqa’ d-dlam
La tibżax se ssibni ħdejk
Niftaħlek sew għajnejk
Jgħidu x’jgħidu nies, nibqa’ qrib
Tegħreq ma nħallikx
Nixtieqlek biss il-ġid
La tiqafx temmen
Jien miegħek dejjem
Waħdek ma tkun qatt
Jeħtieġ li temmen
Li miegħek dejjem
U nemmen tassew fik
Anki jekk t-tama tnin
Maġenbek se nkun viċin
Tant tajjeb se nindukrak
Fix-xita, il-maltemp u r-ragħad
Ta’ spalla, nagħtik serħan
Emmen, tieqaf qatt
La tiqafx temmen
Jien miegħek dejjem
Waħdek ma tkun qatt
Jeħtieġ li temmen
Li miegħek dejjem
U nemmen tassew fik
Anki jekk t-tama tnin
Maġenbek se nkun viċin
Emmen
Kultant nistaqsi hux realta`
Forsi biss ħolma jew verita`?
Ħelu bħall-għasel manna l-kliem
Leħnek inissel tant paċi u sliem
Meta kont rajtek warajk issaħħart
Li nsir inħobbok qatt ma kont bsart
Il-ħin kollu nsemmik
Imħabbti lesta li nagħtik
Nixtieq li nibqa’ dejjem ħdejk
Mitlufa f’dawk għajnejk
Ngħix kull mument
Żewġ kwiekeb fis-smewwiet
Jitbissmu lil xulxin
Hekk int u jien
L-ewwel imħabba lil din qalbi sraqt
Bħall-fjamma li tkebbes ma tintefa’
qatt
Pjanura fjuri li jiżfnu mar-riħ
Bir t’emozzjoni bla ebda qiegħ
Lesta li ngħożżok u nirrispettak
Lili se ssibni għal kollox warajk
Il-ħin kollu nsemmik
Imħabbti lesta li nagħtik
Nixtieq li nibqa’ dejjem ħdejk
Mitlufa f’dawk għajnejk
Ngħix kull mument
Żewġ kwiekeb fis-smewwiet
Jitbissmu lil xulxin
Hekk int u jien
Noti ħelwin isma’ ħierġa mill-vjolin
Meta nkunu t-tnejn flimkien
Jieqaf ħesrem anke ż-żmien
Ġenna fuq l-art, xemx li ssaħħan
meta l-ksieħ
Dan il-kliem la qatt tinsieh
Ibqa’ ftakar dejjem fih
Il-ħin kollu nsemmik
Imħabbti lesta li nagħtik
Nixtieq li nibqa’ dejjem ħdejk
Mitlufa f’dawk għajnejk
Ngħix kull mument
Żewġ kwiekeb fis-smewwiet
Jitbissmu lil xulxin
Hekk int u jien
Oh oh oh oh
Oh oh oh oh
Żewġ kwiekeb fis-smewwiet
Hekk int u jien
Għożż l-ħajja bħal rigal
Anki jekk għamilt xi żball
Qalbek m’għandek taqta’ qatt
Ibda tbissem qatt mhu tard
Aħseb biss fil-pożittiv
Għandek x’toffri, kreattiv
Ħalli d-dinja tkompli ddur
Kull ġurnata agħti l-kulur
Ħares sewwa ‘l fuq ix-xemx qed terġa’ żżernaq
Qed idawwal sema u tagħti kuraġġ
Ma’ kuljum li tqum iċċelebra bħall-festa
Kun bħal ilma ġieri, frisk jaqta’ l-għatx
Ilbes tbissima, ferraħ ‘l oħrajn
Ħoss ir-riħ jonfoħ favur
Ibqa’ sod, la tkunx pinnur
Offri spaltek lill-għajjien
Kollox iswed jara kien
Bit-tbissima fuq ħaddejk
Tant jixegħlu s-sbieħ għajnejk
Għax il-ħajja vjaġġ attiv
Kompli tbissem, qatt passiv
Ħares sewwa ‘l fuq ix-xemx qed terġa’ żżernaq
Qed idawwal sema u tagħti kuraġġ
Ma’ kuljum li tqum iċċelebra bħall-festa
Kun bħal ilma ġieri, frisk jaqta’ l-għatx
Ilbes tbissima, ferraħ ‘l oħrajn
La La La La La La La
La La La La La La La
La La La La La La La
La La La La La La La
Ħares sewwa ‘l fuq ix-xemx qed terġa’ żżernaq
Qed idawwal sema u tagħti kuraġġ
Ma’ kuljum li tqum iċċelebra bħall-festa
Kun bħal ilma ġieri, frisk jaqta’ l-għatx
Ħares sewwa ‘l fuq ix-xemx qed terġa’ żżernaq
Qed idawwal sema u tagħti kuraġġ
Ma’ kuljum li tqum iċċelebra bħall-festa
Kun bħal ilma ġieri, frisk jaqta’ l-għatx
Ilbes tbissima, ferraħ ‘l oħrajn
Jien ilmaħtek fuq l-iskuna
Li wasslitna sa Kemmuna
U dak ħuk bħal induna
Beda jegħmżek beda jtik b’minkbejh
Inżilna fil-bajja ta’ San Niklaw
Għajnejja bħal ġmielek qatt ma kienu raw
Ġewwa r-ramel int ħallejt
Il-passi ħfief biex niġi għal ħdejk
Bqajt miexi warajk bħal dell mistur
Bħal kaċċatur wara l-għasfur
Rajtek tħares taħt il-għajn
u wiċċek ħmar iżda mhux bix-xemx
Int bqajt tiela’ l-mogħdija
Li twassalna Santa Marija
Dik il-bajja tant kennija
Kellha tkun fid-destin tat-tnejn
Waqaft taħt is-siġar u sibt il-kenn
Mix-xemx tiżreġ sħuna li ma tafx tħenn
Hemmhekk rajtni riesaq lejk
Tbissimtli u jien… jien poġġejt ħdejk
Tkellimna fit-tul u dħakna lkoll
Xi ġralek id-dar? X’inqala’ x-xogħol?
Għajnejk koħol imsaħħrin
Serquli qalbi
Serquli s-sliem
Inżilna fil-bajja ta’ San Niklaw
Għajnejja bħal ġmielek qatt ma kienu raw
Ġewwa r-ramel int ħallejt
Il-passi ħfief biex niġi għal ħdejk
Tkellimna fit-tul u dħakna lkoll
Xi ġralek id-dar? X’inqala’ x-xogħol?
Għajnejk koħol imsaħħrin
Serquli qalbi
Serquli s-sliem
Wisq ninħlew fuq tilwim
Ġlied, għira u firdiet
Naħlu l-ħin nisfidaw
Dejjem għassa ta’ xulxin
Hekk biss mehdijin
Jeħtieġ nappezzaw
It-tajjeb li hemm minqux f’kulħadd
Fl-għaqda s-saħħa ssib
Jekk ir-rispett iġġib
Joktor bosta ġid
Aħwa flimkien
Ej’ nibżgħu għal xulxin
F’dan iż-żmien
Ngħixu fis-sliem u magħqudin
Id-dinja tinsab bil-għatx
Għal nies, jitbissmu ferħanin
Tibna ssib f’għajnejn ħuk
U tneħħhielu trid
Bla ma tqis dak li sirt
Lanqas forsi għadek fhimt
X’travu għandek int
Aħfer dak li sar
U tara kif tħossok ħafna aħjar
Wettaq ħolm u xewqat
U f’qalbek iżomm qatt
Warrab kull kumbatt
Aħwa flimkien
Ej’ nibżgħu għal xulxin
F’dan iż-żmien
Ngħixu fis-sliem u magħqudin
Id-dinja tinsab bil-għatx
Għal nies, jitbissmu ferħanin
Aħwa flimkien
Ej’ naqbdu id xulxin
Kollha ħenjin
Ngħixu fis-sliem u magħqudin
Id-dinja tinsab bil-għatx
Għal nies, jitbissmu ferħanin
Aħwa flimkien
Ej’ nibżgħu għal xulxin
F’dan iż-żmien
Ngħixu fis-sliem u magħqudin
Id-dinja tinsab bil-għatx
Għal nies, jitbissmu ferħanin
Aħwa flimkien
Ej’ naqbdu id xulxin
Kollha ħenjin
Ngħixu fis-sliem u magħqudin
Id-dinja tinsab bil-għatx
Għal nies, jitbissmu ferħanin
Aħwa lkoll flimkien
Novembru ma jkunx għadda
Imma d-dar diġa` armata
L-ispirtu fl-aqwa tiegħu
Il-ferħ dejjem iġib miegħu
Il-ħmura tal-ponsjetta
Lesta mdendla l-kalzetta
Ninni la tikbix iżjed
Ħelwa wisq il-kanzunetta
Tinħass il-kesħa fina
Ġibna l-kutra biex tgħattina
Il-qagħaq tal-qastanija
L-imbuljuta tfuħ fil-kċina
Jgħidu x’jgħidu l-Milied
Jibqa’ f’qalbna l-Maltin
Festa ħelwa tal-familja
Fejn tisseddaq l-armonija
Jekk inħallu lill-Bambin
Imexxina tul is-snin
Il-Milied ikun kuljum
Sena sħiħa jista’ jdum
Bejn il-Qala u l-Milied
Il-moħriet erfa’ mill-wied
F’San Martin inkissru l-lewż
Fil-Milied naqsmuh mal-bews
Fl-antik tisma’ t-tamburlin
Maż-żaqq bin-noti ħelwin
Iż-żafżafa u l-flejġuta
Kienu jpaxxu wisq lil ħutna
Il-presepju kollu ħajja
Li jfakkarna f’dik il-ġrajja
Meta elfejn sena ilu
Ġewwa Betlem twieled Kristu
Jgħidu x’jgħidu l-Milied
Jibqa’ f’qalbna l-Maltin
Festa ħelwa tal-familja
Fejn tisseddaq l-armonija
Jekk inħallu lill-Bambin
Imexxina tul is-snin
Il-Milied ikun kuljum
Sena sħiħa jista’ jdum
Ninsew tagħna d-differenzi
Mingħajr ħdud u mingħajr festi
Nibqgħu nibżgħu għal xulxin
Fil-Milied u tul iż-żmien
Jgħidu x’jgħidu l-Milied
Jibqa’ f’qalbna l-Maltin
Festa ħelwa tal-familja
Fejn tisseddaq l-armonija
Jekk inħallu lill-Bambin
Imexxina tul is-snin
Il-Milied ikun kuljum
Sena sħiħa jista’ jdum