Lyrics
Nananana, nananana
Wasal, wasal il-Milied
Nananana, nananana
Wasal, wasal il-Milied
Diċembru reġa` magħna
Bdejna nżejnu d-dar tagħna
Presepju kbir għamilna
L-ixkumvat hemm lest fil-kċina
Ġulbiena diġa` xtrajna
Fi dlam ċappa lilha żrajna
U siġra twila armajna
Dehra ġdida lilha tajna
Sal-Milied la bard la ksieħ
Żmien ta’ ferħ li trid tgawdieh
Wasal, wasal il-Milied
Toroq lesti mżejnin
Id-djar kollha mixgħulin
Wasal, wasal il-Milied
Nananana, wasal il-Milied
Nananana, wasal, wasal, il-Milied
Ninu Ninu tal-Milied
Ejja nsajru żewġ qagħqiet
Id-dawl jixgħel mal-ħnejjiet
Mal-Bambin xi żewġ fjuriet
Ir-rigali nakkwistaw
B’lista twila nispiċċaw
B’karti jleqqu nżejnuhom
Taħt is-siġra npoġġuhom
Sal-Milied la bard la ksieħ
Żmien ta’ ferħ li trid tgawdieh
Wasal, wasal il-Milied
Toroq lesti mżejnin
Id-djar kollha mixgħulin
Wasal, wasal il-Milied
Nananana, wasal il-Milied
Nananana, wasal, wasal, il-Milied
Il-kejk irridu nżejnu
Christmas Log dalwaqt inħejju
Dak id-dundjan inlestu
Mal-familja l-ħin ninvestu
Fi platt il-gallettini
Ftit ħalib u biskuttini
Hekk kif San Niklaws isibhom
Kemm pjaċir se jieħu bihom
Sal-Milied la bard la ksieħ
Żmien ta’ ferħ li trid tgawdieh
Wasal, wasal il-Milied
Toroq lesti mżejnin
Id-djar kollha mixgħulin
Wasal, wasal il-Milied
Nananana, wasal il-Milied
Nananana, wasal, wasal, il-Milied
Nananana, wasal il-Milied
Nananana, wasal, wasal, il-Milied
Wasal, wasal, il-Milied
Nananana, wasal il-Milied,
Nananana wasal, wasal il-Milied
Nananana, wasal il-Milied
Nananana, wasal, wasal, il-Milied