Lyrics
Naħseb fik kull ħin.
Norqod u inqum.
Inti is-sebħ, tal-jum.
Ilni nafek snin.
Dejjem ma’ xulxin.
Tfal żgħar ċkejknin.
Int taf, ta’ din qalbi kull taħbita.
Ma jonqosni xejn.
Meta nkunu t-tnejn,
nixtieq li jista’ jieqaf miexi ż-żmien.
Nibqgħu hawn flimkien.
Bik jien bniedem sħiħ.
Int il-għan li ngħix għalih.
Ħsiebi dejjem fik,
lejl u nhar.
Rit: Emminni,
Qalbi tfur sax-xfar bl-imħabb’ għalik.
Kieku taf jien f’ħajti x’għandi bik!
Kelmti jien nagħtik, ma ninsik qatt.
Postok f’ħajti m’hu se jieħdu ħadd.
X’inħoss għalik m’għandix kliem.
Waqt id-dlam int wens.
Minn ħajti għamilt sens.
Sal-aħħar nifs,
int biss, ta’ din qalbi il-maħbuba.
Ħudni ġo dirgħajk.
Mitlufa jien warajk.
Tennili erġa dak il-kliem sabiħ.
Inkun nistennih.
Qatt ma kelli ħjiel.
Fik miġbur hemm kollu l-ġmiel.
Miegħek biss sat-tmiem.
Int u jien.
Rit: Emminni,
Qalbi tfur sax-xfar bl-imħabb’ għalik.
Jien inwegħdek li nipproteġik.
Kelmti jien nagħtik, ma ninsik qatt.
Postok f’ħajti m’hu se jieħdu ħadd.
Ħbub għajnejk huma kewkbiet,
l-isbaħ f’kollha s-smewwiet.
Qalbi tħeġġeġ lejk nirien.
Ħdejk bħal jieqaf iż-żmien.
Rit: Emminni,
Qalbi tfur sax-xfar bl-imħabb’ għalik. (Inti biss!)
Kieku taf jien f’ħajti x’għandi bik!
Nimxu t-tnejn flimkien sa fuq l-altar.
Wegħda illi tajna meta żgħar.
Ġejjien, inti u jien…