Lyrics
ĦoĦoĦoĦoĦoĦo ĦoĦoĦoĦoĦo
L-ewwel Milied flimkien
Kemm stennejna dan iż-żmien
Int u jien l-ewwel Milied flimkien
Ninsabu hawn jiena u int biss
F’kesħa fina ta’ xita u riħ
Inżejnu s-siġra tal-Milied
B’dawl inemnem ikkulurit
Nifirħu ma’ xulxin
l-ewwel Milied flimkien
Qalbna mfawra b’din l-imħabba ġdida
Taħt ħarset iċ-ċkejken Bambin
Dawn għajnejna jiddu mixgħulin
Bħal l-istilla tal-Milied
Dan huwa l-ispirtu
Ta’ dan iż-żmien sabiħ
B’tazza nbid
Għas-sħana mgeddsin
Waqt li nkantaw
Xi għanja tal-Milied
ĦoĦoĦoĦoĦoĦo ĦoĦoĦo ĦoĦo
L-ewwel Milied flimkien
X’emozzjoni mingħajr kliem
ĦoĦoĦoĦoĦoĦo ĦoĦoĦo ĦoĦo
L-ewwel Milied flimkien
Kemm stennejna dan iż-żmien
Int u jien l-ewwel Milied flimkien
Sena ilu bħal daż-żmien
B’qalb imxennqa t-tnejn mifrudin
Żgur li ma konniex noħolmu
Li nkunu magħqudin
Dal-Milied, l-isbaħ rigal għalija huwa int!
B’tazza nbid
Għas-sħana mgeddsin
Waqt li nkantaw
Xi għanja tal-Milied
ĦoĦoĦoĦoĦoĦo ĦoĦoĦo ĦoĦo
L-ewwel Milied flimkien
X’emozzjoni mingħajr kliem
ĦoĦoĦoĦoĦoĦo ĦoĦoĦo ĦoĦo
L-ewwel Milied flimkien
Kemm stennejna dan iż-żmien
Int u jien l-ewwel Milied flimkien