Lyrics
Ilmaħtek ma’ barklor ma’ moll, id- Dwejra.
Bilqegħda fuq quddiem ta’ frejgatina.
Ta’ wiċċek it-tbissima qatt ma’ ninsa’,
kif dħalt fil-għar imnaqqax qisu mina.
Sibt ruħi fuq it-tieqa, nħares l-isfel.
Qed nisma’ tal-imqaddef iċ-ċafċifa.
‘kk ikolli ngħid, ’il fuq ħarist int lejja.
Id-dgħajsa f’baħar ċar baqgħet għaddejja
Chorus: Nixtieqek kont tfajla mill-gżira Għawdxija.
Fuq frejgatina ndawrek filghaxija.
U xħin ma jibqax ħlieqa, inżuru t-tieqa.
Naraw ix-xemx tinħeba taħt ix-xefaq.
Għażiża ta’ qalbi. Imħabbti għal siegħa.
M’hemmx tfajla isbaħ ngħid għalija!
Jekk inti tibqa’ hawn nagħmlek reġina.
Ħajjitna ngħixu hawn għall-kwiet fid-Dwejra.
Wasalt ħdejn il-kapella mill-mogħdija.
Terraqt fuq blat niggież; mixj’ għaġġelija.
Stennejtek fuq il-moll, fix-xatt tad-Dwejra.
Ħaristli minn taħt l-għajn u bqajt int sejra.
U rajtek fuq tal-linja tiela’ t-taraġ.
Minn dakinhar ma sibtx jien aktar faraġ.
Fuq nett tat-tieqa tlajt kuljum bit-tama,
li mqar għal-ftit jien lilek nerġa nara
Chorus: Nixtieqek………
Bridge: Din qalbi kollha dieqa. Intemmet anke it-tieqa.
Tlift tiegħek kull tifkira. Id-destin ma’ kienx għalina.
Chorus: Nixtieqek…..
Għażiza ta qalbi, imħabbti għal siegħa.
Din qalbi kollha dieqa. Wisq kiefra din xortina.
U x’tiswa l-frejgatina. Intemmet anke it-tieqa.
Tlift tiegħek kull tifkira, taħt il-baħar.
Imħabbti għal siegħa…
Ilmaħtek id-dwejra…